Rinunzja ta' responsabbiltà: DIN IL-PAĠNA HIJA MAĦSUBA GĦALL-PROFESSJONISTI TAL-KURA TAS-SAĦĦA U GĦAL PERSUNI OĦRA LI JIEĦDU DEĊIŻJONIJIET RILEVANTI F'MALTA BISS.

Informazzjoni dwar il-NuvaxovidTM Vaċċin kontra l-COVID-19 (rikombinanti, b'aġġuvanti) (magħruf ukoll bħala NVX-CoV2373)

Il-Vaċċin tal-COVID-19 NuvaxovidTM (rikombinanti, b’aġġuvant) ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq sħiħa mill-EMA għal immunizzazzjoni attiva biex jiġi pprevenut il-COVID-19 ikkawżat mis-SARS-CoV-2 f’individwi li għandhom 12-il sena jew aktar skont ir-rakkomandazzjonijiet uffiċjali. Nuvaxovid jista’ jingħata bħala doża booster madwar 6 xhur wara t-tieni doża f’individwi ta’ 18-il sena ’l fuq.

Irrapporta Reazzjoni Avversa

Ir-rapportar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali huwa importanti. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali.

Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rapportar nazzjonali ta’ Malta.

Sit elettroniku tar-Rapportar tal-ADR: www.medicinesauthority.gov.mt/adrportal

 

Ikkuntattjana

Tel: +356 2778 0025
09:00 - 17:00
Tnejn - Ġimgħa